Il-Korea ta’ Fuq bl-ikbar missila ballistika s’issa

Il-Korea ta' Fuq wettqet prova oħra b'missila ballistika.
Kelliema għall-Korea t'Isfel u l-Pentagon qalu li l-missila laħqet għoli ta' 3,000km u waqgħet fl-ibħra fit-teritorju Ġappuniż.
Din l-aħħar prova saret biss tliet ġimgħat mill-ewwel prova ballistika ta' dan it-tip.
Din il-missila telgħet aktar fil-għoli u damet fl-ajru aktar minnn dik li kienet pruvata fil-bidu ta' Lulju.
L-isparar ta' din il-missila qed ikun ikkundannat minn diversi pajjiżi.