Il-Korea ta’ fuq bi prova ta’ bomba idroġena

Il-Korea ta’ fuq għadha kemm ippruvat bomba idroġena li ġiet deskritta bħala suċċess.
Skont rapporti jidher li l-bomba kkawżat theżżiza b’qawwa ta’ 5.1 fiċ-ċentru li fih ġiet ittestjata l-bomba, viċin is-sit ta' Punggye.
Huwa maħsub li mill-2006 il-Korea ta’ fuq għamlet tliet provi nukleari taħt l-art. L-aħħar prova saret f’Mejju li għadda fejn sparat missila minn sottomarin.