Il-Korea ta’ Fuq b’aktar testijiet nukleari, minkejja twissijiet

L-Istati Uniti tal-Amerika u l-Korea t’isfel, wissew mill-ġdid lill-Korea ta’ Fuq li jekk tagħmel it-tielet prova nukleari, ikun hemm konsegwenzi negattivi.

Madankollu, il-mexxej komunist qal li mistenni jkun hemm aktar testijiet, f’aktar minn post wieħed.

Dan iressaq lill-Korea ta’ Fuq aktar viċin biex tipproduċi armi nukleari tal-massa.