Il-kopertura 4G ta’ Vodafone tiżdied għal 70%

Vodafone hu l-unika operatur li investa fit-teknoloġija 4G f’Malta. Dan juri l-impenn tal-kumpanija lejn il-klijenti tagħha sabiex tipprovdi l-aqwa esperjenza fuq il-mobile madwar Malta u Għawdex.
Wara l-introduzzjoni tal-4G fl-aħħar tas-sena 2013, u grazzi għall-espansjoni fil-kopertura 4G f’din l-aħħar sena, il-klijenti ta’ Vodafone issa għandhom aċċess għal veloċità u faċilità biex jużaw il-4G li hu tipikament 10 darbiet aktar veloċi mit-3G.
Il-klijenti huma mistiedna li jiksbu aktar informazzjoni fuq il-4G billi jżuru wieħed mill-ħwienet ta’ Vodafone jew jidħlu fis-sit elettroniku www.vodafone.com.mt/4G, li jinkludi wkoll l-aħħar mappa tal-kopertura 4G flimkien ma’ lista ta’ lokalitajiet li għandhom kopertura LTE.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt