“Il-kooperazzjoni bejn Malta u l-Ażerbajġan fl-aħjar interess tan-nies”

RSF

Read in English.

Il-kooperazzjoni bejn Malta u l-Ażerbajġan hu fl-aħjar interess tan-nies taż-żewġ pajjiżi skont il-President tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev.

Aliyev qal dan f’ittra li bagħat lill-President ta’ Malta George Vella fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza. Skont is-sit tal-aħbarijiet tal-istat tal-Ażerbajġan, Aliyev qal ukoll li l-iżvilupp tal-ħbiberija ta’ bejn iż-żewġ pajjiżi tkompli sservi l-aħjar interessi taż-żewġ popli.

Aliyev esprima x-xewqat tiegħu għall-paċi u prosperità għall-Maltin.

Vella rċieva wkoll ittra mingħand il-President tal-Armenja Armen Sarkissian u cable mingħand il-Prinċep tal-Arabja Sawdija Mohammed bin Salman bin Abdulaziz Al Saud (MbS).

Skont rapport tal-Ġnus Magħquda, hemm evidenza kredibbli li Mohammed bin Salman kien responsabbli għall-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi.

Fl-2017, f’intervista esklussiva ma’ RTK, il-ġurnalist Ażeri Emin Huseynov qal li pajjiżu jista’ jidher pajjiż normali, iżda saħaq li fil-verità dak li jseħħ fih huwa simili għal dak li jiġri “f’pajjiżi dittatorjali terribbli.” Emin Huseynov jiddeskrivi lilu nnifsu bħala wieħed mill-ftit ġurnalisti iffortunati li rnexxielu jaħrab mill-pajjiż u ngħata ażil politiku fl-Iżvizzera.

Filmat: “L-Ażerbajġan mhux pajjiż normali” – ġurnalist maħrub minn pajjiżu

Fl-istess sena, il-ġurnal Ingliż The Times qal li kien qed jikber is-suspett li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ġiet assassinata dwar dak li żvelat b’rabta ma’ allegati tixħim u ħasil ta’ flus bejn il-Gvern Ażerbajġani u politiċi u uffiċjali għolja f’Malta.

“Jikber is-suspett li l-assassinju ta’ Daphne marbut mal-Ażerbajġan”

Ftit qabel is-sajf tas-sena l-oħra, il-monument tal-indipendenza fil-Furjana sebaħ bil-bandiera tal-Ażerbajġan f’idu hekk kif l-attivisti ta’ #Reżistenza komplew jgħaddu l-messaġġi tagħhom lil Kastilja b’rabta mal-assassinju tal-ġurnalista.

Ritratti: Bandiera tal-Ażerbajġan ma’ monument fil-Furjana

Fi Frar tal-2018, it-tifel tal-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia, Matthew Caruana Galizia qal li qed jintbagħtu uffiċjali Ażerbajġani biex isegwu dak li jkunu qed jgħidu f’xi avvenimenti.

“L-Ażerbajġan jispjuna” fuq ulied Daphne

Ftit xhur wara, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li n-nies qed jistennew li tintqalilhom il-verità dwar l-allegazzjonijiet li ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru rċieva somma kbira ta’ flus ftit wara żjara fl-Ażerbajġan.

In-nies qed jistennew il-verità dwar l-allegat fondi li Schembri rċieva mill-Ażerbajġan – Delia