Il-konvoj ta’ Santa Marija imfakkar f’bolla ġdida

Fl-10 ta’ Awwissu il-MaltaPost se tikkommemora l-75 Anniversarju minn meta seħħet l-operazzjoni navali Operation Pedestal permezz ta’ bolla speċjali.

Il-ħarġa filatelika biex tfakkar il-Konvoj ta’ Santa Marija se tkun tikkonsisti f’miniature sheet b’bolla waħda. Din turi s-Siege Bell War Memorial li tinsab il-Belt Valletta. Cedric Galea Pirotta kien id-disinjatur.

Wieħed ikun jista’ jakkwista kopja ta’ din il-ħarġa filatelika minn nhar il-Ħamis 10 t’Awwissu.