Il-konsum tal-ħass ikkawża l-firxa tal-E.Coli

L-amministrazzjoni għall-ikel u l-mediċini fl-Istati Uniti qed tkompli tinvestiga l-mod ta’ kif l-E.Coli qed jinfirex mal-pajjiż wara li dan beda fir-reġjun ta’ Yoma kawża tal-ħass li bosta drabi jintuża fl-insalata.
Il-ħass kien ikkunsmat f’ristoranti jew mixtri mis-swieq. F’każ partikulari l-ħass kien servut fil-faċilità korrettiva tal-Alaska mingħajr ma ġie mqatta’ jew ippakkjat f’boroż, kif jiġri s-soltu qabel il-konsum.
Il-ħass li ġie prodott s’issa minn dan ir-reġjun intrema kollu bl-investigazzjonijiet xorta għadhom għaddejjin.
Dawn qed jiffukaw fuq is-sors tal-produzzjoni tal-ħass u qed issir ħidma mal-industrija tal-ikel biex dan ikun evitat fil-futur.
L-E.Coli taffettwa b’mod partikulari l-kliewi u jista’ jkun il-każ li dawn jibqgħu ma jitfejqux.
L-investigazzjoni qed issir bir-reqqa biex jiġi identifikat l-oriġini fl-irziezet u l-għelieqi li setgħu ipproduċew il-ħass.
Jista’ jkun il-każ li s-sors ikun f’bosta irziezet jew għelieqi f’daqqa mhux f’post wieħed biss.
Sa issa mietet persuna waħda iżda ġew affettwati 172 ruħ fi 32 stat. Il-firxa wiesgħa ta’ din il-marda ilha ma tkun reġistrata aktar minn għaxar snin.