Il-Konservazzjoni tal-Ilma se tkun imfassla fi ħdan il-Ministeru tal-Enerġija

Minn April li ġej il-Policies dwar il-Konservazzjoni tal-Ilma ukoll se jkunu qed isiru fi ħdan il-Ministeru tal-Enerġija u mhux aktar fi ħdan l-awtorita’ Maltija għar-riżorsi. Dan bil-għan li l-Awtorita’ Maltija għar-Riżorsi tkun tista topera bħala operatur indipendenti waqt li l-Ministeru tal-Energija jiffoka fuq il-policies.

Il-Ministru Mizzi kompla jgħid li kif tenfasizza r-riżoluzzjoni addottata mill-Assemblea Generali tal-Ġnus Maqgħuda, dan il-gvern jemmen li l-ilma huwa riżors fundamentali u importanti ħafna għall-iżvilupp sostenibbli. Huwa kompla jgħid li l-gvern qed iħares l’quddiem biex Malta ssir ċentru ta’ eċċellenza fil-Mediterran f’dan il-qasam billi jippromwovi koperazzjoni mal-pajjiżi ġirien.

Il-Ministru Mizzi kien milqugħ mill-Kap eżekuttiv tal-Korporazzjoni tal-Ilma s-Sur Marc Muscat u mill-Kap tal-Ħidmiet David Sacco li minn naħa tagħhom spjegaw ix-xogħol li jsir f’dan l-impjant.