Il-konservattivi ta’ Merkel jiddiskutu l-futur tal-partit

REUTERS/Axel Schmidt

Il-grupp Demokristjan tal-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel iddiskutew dwar jekk għandhomx jirritornaw għal aġenda aktar konservattiva ladarba din titlaq mill-kariga ta’ president tal-partit biex tagħmel post għas-suċċessur tagħha.

Is-sapport għal koalizzjoni mad-Demokratiċi Soċjali laħaq livell baxx ħafna. Dan ħareġ fi stħarriġ li kien ippubblikat sigħat biss qabel mal-membri l-għolja taż-żewġ partiti kellhom jiltaqgħu biex jiddiskutu l-futur tagħhom wara bibien magħluqa.

Merkel ħabbret il-ġimgħa li għaddiet li kienet se tieqaf mill-kariga tagħha ta’ mejjex tal-partit Demokristjan f’Diċembru. Dan se jkun it-tmiem ta’ era ta’ kważi 2 deċenji.