Il-konferenza tal-UN dwar it-tibdil fil-klima mhux se ssir fiċ-Ċilì

Demonstrators walk away as a riot police vehicle releases tear gas during a protest against Chile's government in Valparaiso, Chile October 30, 2019. REUTERS/Rodrigo Garrido

Il-President taċ-Ċili Sebastián Piñera qal li mhux se jkun qed jospita l-konferenza tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar it-tibdil fil-klima. Dan minħabba l-persistenza ta’ protesti kontra l-Gvern fil-pajjiż.

Hu qal li d-deċiżjoni kkawżatlu ħafna “uġigħ” imma l-Gvern għandu bżonn jipprioritizza l-istabbiliment mill-ġdid tal-ordni fil-pajjiż. Il-konferenza magħrufa bħala COP25 kienet skedata għal Diċembru.

Iċ-Ċili ddeċieda wkoll li ma jorganizzax l-Apec summit skedat għax-xahar id-dieħel. Dan kien mistenni jattira lejh il-President tal-Istati Uniti u dak Ċiniż. Uffiċjali fil-White House qalu li l-President Donald Trump kien qed jippjana li jiltaqa’ mal-President Xi Jinping waqt is-summit magħruf bħala Asia-Pasific Economic Cooperation. Dan kien mistenni jseħħ bejn il-15 u s-17 ta’ Novembru.