Il-konferenza Sport & EU; jattendu mall-100 professjonist u avukat tal-isport

DOI: Jason Borg

Madwar 100 professjonist u avukati tal-isport minn madwar id-dinja jinsabu f’Malta, għall-ewwel darba, għall-14-il edizzjoni tal-konferenza internazzjonali dwar l-isport u l-Unjoni Ewropea imtella’ mill-Assoċjazzjoni tal-Avukati tal-Isport.

Il-konferenza ‘Sport & EU’ qed iġġib flimkien kelliema mill-Kummissjoni Ewropea u kif ukoll lil Alejandra Salmeron mill-FIFA li se titkellem dwar l-Artikolu 19 tal-istatut tal-Fifa li jitratta fuq it-trasferiment ta’ parteċipanti minuri. Barra minn hekk din il-konferenza se tinkludi ħdax-il panel li se jitrattaw diversi suġġetti li jvarjaw mill-isport fl-Ewropa, il-Match Fixing, l-aġenti sportivi u r-regolazzjoni tal-isport.

Waqt il-konferenza qed ikunu diskussi wkoll l-10 snin ta’ politika sportiva fl-UE u Erasmus+, il-professjonalità fl-isport Malti u l-isfidi tiegħu u d-diplomazija sportiva. Waqt il-ftuħ ta’ din il-konferenza, is-Segretarju Parlamentari għall-Isport u saħaq li punt ewlieni tal-konferenza jittratta it-trasferiment ta’ minuri.