Il-komunitajiet insara f’Bangladesh kontra l-vjolenza fuq in-nisa

In-nisa fil-Bangladesh huma suġġetti għall-vjolenza tul ħajjithom kollha u allura ma jistgħux jgħixu b’dinjita’ u dan imur kontra d-drittijiet fundamentali tagħhom bħala bnedmin.  Huma ma għandhomx aċċess għall-edukazzjoni u għax-xogħol u allura ma għandhom ebda opportunita’ li jimxu ‘l quddiem f’ħajjithom.
F’seminar li sar f’Dacca aktar kmieni dan ix-xahar bit-tema “Niġġieldu l-vjolenza fuq in-nisa”, organizzat mill-Organizazzjoni Ekumenika  u l-Kunsill Nazzjonali tal-Knejjes tal-Bangladesh, Maria Haldar, kattolika u attivista favur id-drittijiet tan-nisa f’Bangladesh tkellmet dwar ir-relata’ li qed jgħaddu minnha n-nisa f’pajjiżha.
Il-vjolenza fuq in-nisa fil-Bangladesh għandha għeruq storiċi, kulturali u politiċi u l-istrutturi governattivi, l-istituzzjonijiet soċjali u l-liġijiet tal-pajjiż, jgħinu biex din il- tkompli tipperpetwa ruħha. L-akbar vjolenza fuq in-nisa issir mis-sieħeb tagħhom, vjolenza domestika, abbuż mill-minorenni, fastidju sesswali, żwiġijiet f’eta żgħira, traffikar uman, imwiet ta’ trabi, qtil u vjolenza marbuta mal-kwestjoni tad-dota lin-nisa.
Fil-konferenza msemmija bosta kienu dawk li tkellmu dwar din is-sitwazzjoni u appellaw lill-Gvern tal-pajjiż biex juża l-liġi u jwaqqaf din il-vjolenza fuq in-nisa. Sfortunatament ħafna servizzi u policies tal-Gvern jirriflettu tendenzi sessisti.
Il-komunitajiet insara f’Bangladesh qed jappoġġjaw diversi inizjattivi maħsuba biex tieqaf din il-vjolenza. Fil-pajjiż ma jistax ikun hemm paċi jekk tkompli l-vjolenza fuq in-nisa. Din m’hix ġlieda femminista jew ideoloġika, imma ġlieda legali u umanitarja.