Il-komunità Franċiża f’Malta b’laqgħa ta’ solidarjetà f’San Ġiljan

B’solidarjetà għal dak li ġara lbieraħ f’Pariġi, il-komunità Franċiża f’Malta llejla se tiltaqa’ f’San Ġiljan b’rabta mal-libertà tal-espressjoni. 
Il-laqgħa se ssir fis-7 ta’ figlħaxija quddiem il-monument tal-Love fil-bajja ta’ Spinola. 
Waqt l-attakk terroristiku fl-uffiċċji tar-rivista satirika Charlie Hebdo, inqatlu 10 ġurnalisti, fosthom 4 kartunisti.  Inqatlu wkoll żewġ pulizija.