Il-kompetizzjonijiet tal-futbol sospiżi sat-3 ta’ April fl-Ingilterra

Il-logħob tal-futbol fl-Ingilterra ġie sospiż sa tal-inqas it-3 ta’ April minħabba t-tixrid tal-coronavirus.

Il-logħob kollha tal-Premier League, l-EFL u l-logħob tal-FA Women’s Super League u l-Women’s Championship ġew sospiżi. Il-Premier League stqarr li l-azzjoni għandha titkompla nhar l-4 ta’ April, dejjem jekk ikun sigur li jitkompla f’dak iż-żmien.

L-Assoċjazzjoni tal-Futbol qalet li l-logħba tal-Ingilterra kontra l-Italja u ta’ kontra d-Danimarka li kellha tkun erba’ jiem wara tħassru.

L-EFL, li qed tispera li tkompli bil-kompetizzjoni ġurnata qabel ma’ jkompli l-Premier League, qalet li l-klabbs qed ikunu ssuġġeruti biex jissospendu attivitajiet li mhumiex ta’ importanza, bħalma huma visti fil-grawnd waqt it-taħriġ u laqgħat mal-partitarji.