Il-kolazzjon nutrittiv fl-iskejjel jintlaqa’ tajjeb

Fil-bidu ta’ din is-sena skolastika kien hemm żieda sostanzjali ta’ studenti li bdew jieħdu l-kolazzjon nutrittiv fl-iskejjel ta’ kuljum.
Is-servizz beda jingħata f’April 2014.
Waqt li l-medja sa Ġunju kienet ta’ 700 student kuljum, din telgħet għal 950 bejn Settembru u Diċembru li għadda.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni, fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Laburista Anthony Agius Decelis, qal li n-nefqa f’dan is-servizz kemm ilu li beda jingħata kienet ta’ kważi €300,000.
Din iċ-ċifra tinkludi spejjeż b’rabta max-xiri ta’ ikel u s-salarji tal-ħaddiema ħlief is-salarju tal-aħħar xahrejn.