Il-Koħħu jrid li jkomplu jinstemgħu r-rikordings ta’ Melvin Theuma

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Qorti se tisma’ s-sottomissjonijiet tal-avukati ta’ Vince Muscat il-Koħħu nhar it-Tnejn li ġej, peress li hu qed jitlob li l-evidenza, inkluż ir-rikordings ta’ Melvin Theuma, tkompli tinstema’.

Vince Muscat, flimkien mal-aħwa Alfred u George Degiorgio, huwa akkużat li ppjanta l-bomba li ħasdet il-ħajja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fis-16 t’Ottubru, 2017. Melvin Theuma huwa maħsub li huwa s-sensar fl-assassinju, iżda huwa kiseb il-maħfra presidenzjali.

Muscat oġġezzjona għal digriet li nħareġ ix-xahar li għadda sabiex is-sottomissjonijiet finali jsiru bil-kitba, minħabba li l-qrati ngħalqu minħabba l-imxija tal-coronavirus. Huwa qal li dan id-digriet potenzjalment jikser id-drittijiet tiegħu.

L-Avukat Marc Sant, li jirrappreżenta lil Muscat, daħħal applikazzjoni l-qorti li tgħid li fl-aħħar seduta fis-7 ta’ Frar, iż-żewġ naħat qablu li jibqgħu jinstemgħu r-rikordings tat-telefonati li għamel Melvin Theuma. Dawn kienet qed tismagħhom il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.

F’digriet maħruġ ilbieraħ, l-Imħallef Edwina Grima ordnat li ssir seduta nhar it-Tnejn li ġej biex tisma’ dwar l-applikazzjoni ta’ Muscat.

Ir-rikordings ta’ Theuma fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Yorgen Fenech
Joseph Muscat jissemma fir-rekordings ta’ Melvin Theuma