Il-KNŻ jitlob lill-PM jaqbel mal-Erasmusx10

Il-Kunsill Nazzjonali Żagħżagħ (KNŻ) talab lill-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni u lill-Membri parlamentari Ewropej biex jaqblu maż-żieda ta’ għaxar darbiet fil-baġit tal-Erasmus+.
Dan intqal f’ittra lill-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, li fiha talbuhom japprovaw din it-talba u jiddiskutu mal-kollegi Ewropej tagħhom biex jieħdu din l-inizjattiva.
It-talba hija bbażata fuq il-kampanja Erasmusx10.
Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tat-30 anniversarju tal-Erasmus+, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Junker, sejjaħ għal żieda li timmultipplika il-baġit b’ disa’ darbiet. Dan qalu wara li  numru ta’ mexxejja żiedu l-baġit iddedikat għall-programm f’pajjiżhom.
Din iż-żieda għandha twassal biex jittwettqu diversi għanijiet għas-sena 2030, fosthom assigurazzjoni ta’ opportunitajiet għal kulħadd, u Ewropa sostenibbli u b’saħħitha.