Il-KNŻ jistaqsi jekk l-eżamijiet orali u prattiċi tħassrux b’mod indefinit

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) staqsa jekk l-eżamijiet orali u prattiċi tħassrux b’mod indefinit. Dan wara li l-bieraħ il-Gvern ħabbar li l-iskejjel se jibqgħu magħluqa sa Ġunju.

Fi stqarrija il-KNŻ innota b’mod pożittiv li l-Ministru għall-Edukazzjoni kkonsulta ma’ firxa wiesgħa ta’ żgħażagħ u studenti bl-għan li jittieħdu l-aħjar deċiżjonijiet.

 staqsa wkoll dwar jekk l-istudenti li jagħmlu l-eżamijiet f’Settembru humiex se jingħataw ir-riżultati għat-tieni u t-tielet livell. Dan filwaqt li tqajjmu wkoll mistoqsijiet dwar jekk l-istudenti jistgħux jagħmlu l-eżamijiet f’Settembru anke jekk ikunu ngħataw ir-riżultati tagħhom mill-mocks li jkunu saru fl-iskejjel.

Iż-żgħażagħ qalu li huwa kritiku li l-Ministru jwieġeb għal dawn il-mistoqsijiet biex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni għall-istudenti, b’mod partikolari dawk li jixtiequ jmorru jistudjaw barra minn Malta.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn