Il-KNŻ jipprova jtejjeb il-qagħda ta’ Malta wara li ma tikklassifikax fl-SDG

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) nieda kampanja sabiex jipprova jtejjeb il-qagħda ta’ Malta fir-rigward tal-miri tagħha tal-iżvilupp sostenibbli, wara li Malta naqset milli tipprovdi l-istatistika neċessarja biex tikklassifika fl-indiċi tal-progress taż-żgħażagħ maħruġ mill-Forum Ewropew għaż-Żgħażagħ (EYF).

Il-ġimgħa li għaddiet, membri mill-KNŻ iltaqgħu mal-Prim Ministru Joseph Muscat u kellmuh dwar din il-kampanja. Kull ftit ġranet, il-KNŻ qegħdin itellgħu post fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, li fiha jsemmu għan għall-iżvilupp sostenibbli differenti. It-tir tagħhom huwa li għal kull għan, jintgħażel applikant bħala ċ-champion għal dak l-għan sabiex imexxi d-diskussjoni minn dak ir-rigward hu. B’dan il-mod, il-KNŻ qiegħda twessa’ l-konfini tagħha billi tinvolvi iżjed żgħażagħ.

Sustainable Development Goal #1 – No Poverty This goal strives to end poverty in all its forms everywhere.If you…

Posted by KNŻ – Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ on Thursday, August 1, 2019

Fir-riżultati fl-indiċi msemmija, Malta ma tikklassifikax fost il-102 pajjiżi msemmijin (il-pajjiżi Ewropej), għaliex Malta m’għaddietx l-istatistika kollha meħtieġa biex tħaddem ix-xogħol taż-żgħażagħ biex tkun tista’ tikklassifika.

F’lista dinjija fejn minn ta’ quddiem hemm in-Norveġja u l-Finlandja u minn tal-aħħar il-Mali u Mozambique, Malta tinsab f’numru 30. Malta hija inkluża mbagħad f’taqsima li tinkludi pajjiżi li kklassifikaw parzjalment. Kisbet 84.22% fit-taqsima tal-benessri, u 66.53% fit-taqsima ta’ opportunitajiet, mentri m’għandhiex persentaġġ għall-ħtiġijiet bażiċi.