Il-KNŻ bi president ġdid

Facebook

Wara li t-Tlieta, Sean Ellul irriżenja mill-kariga tiegħu bħala President tal-Kunsill Nazzjonali Żgħażagħ minħabba raġunijiet ta’saħħa, Chiara Vassallo ġiet eletta bħala President wara li saret votazzjoni interna.

Sean Ellul, ħa din id-deċiżjoni wara li kellu xi problemi ta’ saħħa. Fl-ittra tar-riżenja, Ellul irringrazzja lill-eżekuttiv għax-xogħol li kien qed isir u qal li se jibqa’ jagħti l-appoġġ tiegħu lil dan il-kunsill.

L-eżekuttiv irringrazzja lil Ellul għax-xogħol li wettaq f’dan il-kunsill u qablu b’mod unanimu li għandu jżomm l-irwol ta’ rappreżentant fil-kunsill Konsultattiv għaż-Żgħażagħ fil-Kunsill tal-Ewropa.

Il-KNŻ ħabbret li Eman Borg se jkun qed iservi bħala segretarju ġenerali minflok Chiara Vassallo.