Il-KNPD trid li l-multi għal min jipparkja f’post riservat jiħraxu

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità (KNPD) qed tipproponi li l-multa li bħalissa hija ta’ €23.00 titla għal €230.00 sabiex isservi ta’ deterrent akbar għal min jisker il-liġi.
Il-KNPD qalet li kontinwament tirċievi ilmenti minn persuni b’diżabilità li għandhom il-blue badge illi jsibu karozzi pparkjati fil-parkeġġi rriservati għal persuni b’diżabilità li ma jkollhomx il-blue badge fuq id-dashboard.
Qalet li dan huwa ta’ detriment qawwi għal min għandu il-blue badge għax ifisser li dak li jkun ikollu jsib parkeġġ alternattiv u jbgħati minn skariġġ biex jasal fejn jixtieq imur jew inkella jaqta’ qalbu u jmur lura d-dar.