Il-KNPD taddotta sinjal ġdid tal-aċċessibilità

Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, l-KNPD ħabbar li qed jaddotta simbolu ġdid dwar l-aċċessibbiltà għall-persuni bi bżonnijiet speċjali.
Dan is-simbolu jibbaża fuq l-International Symbol of Access li huwa mdorri mad-dinja.
Is-simbolu l-ġdid, li huwa magħruf bħala Disability Icon, huwa diżinn tal-Amerikani Tim Ferguson-Saunder, Brian Glenney u Sara Hendren.
Is-sinjal ġdid ġie approvat ukoll minn Transport Malta. Il-KNPD qed tħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħraf u juża dan is-sinjal.