Il-KNPD sodisfatta bil-bidliet fit-trasport pubbliku

Wara konsultazzjoni bejn il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilita’ u Transport Malta, ġie spjegat kif minn Lulju li ġej, persuni li għandhom il-badge blu, se jingħataw iċ-ċans biex tkun tista’ tinħarġilhom card għat-trasport apposta biex jagħmlu użu minnha minflok il-badge blu meta jużaw it-trasport pubbliku. Dan se jsir mingħajr ħlas.
Transport Malta spjegat ukoll li l-biljett ta’ sagħtejn li kien jiswa €0.30 għal dawk kollha li għandhom il-badge blu, se jorħos għal €0.25, filwaqt li l-biljett ta’ ġimgħa li kien jiswa €2.30 se jorħos għal €2.00.
Bis-sistema l-ġdida li tidħol fis-seħħ f’Lulju li ġej, dawn il-biljetti jkunu jistgħu jintużaw Malta u Għawdex mhux bħal ma hija s-sitwazzjoni llum fejn persuna trid tixtri biljett minn Malta u biljett ieħor għal Għawdex.