Il-Knisja tippreżenta lill-President il-pożizzjoni dwar il-Legiżlazzjoni tal-Prokreazzjoni Assistita

Il-Knisja pprezentat id-dokument ta’ pożizzjoni dwar il-Legiżlazzjoni li Tirregola l-Prokreazzjoni Umana Assistita, lill-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca. 
F'laqgħa mmexxija mill-Professur Kevin Aquilina, Dekan tal-Fakultà tal-Liġi, u wieħed mill-esperti li ħejja dan id-dokument, spjega li l­-liġi Maltija hija ispirata minn għadd ta’ prinċipji legali li huma lkoll intiżi primarjament li jissalvagwardjaw l­-embrijun.
Dawn il-­prinċipji jinkludu dawk dwar id-­dinjità tal-­bniedem, id-­dritt għall-ħajja u d­-dritt għall-­protezzjoni ta’ persuni vulnerabbli.
Huwa spjega li fejn tidħol  il-­ħajja, il-­liġi Maltija konsistentement tipproteġi l-ħajja mill-­mument tal­-konċepiment.
Konsistenti ma’ dawn il­-prinċipji, l-­Att dwar il­-Protezzjoni tal-­Embrijuni jpoġġi l­-ewwel u qabel kull kunsiderazzjoni oħra, il-­protezzjoni tal-­embrijun billi ma jippermettix l-­iffrizar tal­-embrijun ħlief f’kazi verament eċċezzjonali fejn ma jkunx jista’ jsir mod ieħor.
Il-Professur Aquilina qal li anke meta l­-liġi tippermetti b’mod eċċezzjonali l-­iffrizar tal-­embrijun, hija għandha tagħmel dan għax hija ispirata mill-­valur tal-­protezzjoni tal-­ħajja umana.
Meta l­-eċċezzjoni ssir ir-­regola, ikun hemm kapovolġiment totali ta’ dak li qed tipprovdi l-­liġi llum il-­ġurnata kompla jgħid il-Professur Aquilina
Id-dokument ta’ pozizzjoni jikkonkludi li t-tagħrif xjentifiku prevalenti u r-rizultati miksuba lokalment fit-trattament bl-IVF s’issa juru li l-introduzzjoni tal-iffriżar tal-embrijuni f’Malta la hu meħtieġ xjentifikament u lanqas hu raġjonevoli.

Ritratt: DOI – Francis Micallef