Il-Knisja tiċċelebra l-festa tal-Qaddisin kollha u tfakkar fil-mejtin

L-Arċisqof Charles Scicluna nhar il-Ħamis li ġej se jiċċelebra  Quddiesa fil-festa tal-Qaddisin Kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6pm. Din il-festa tiġi ċċelebrata mill-Knisja Universali biex l-Insara jagħtu ġieħ lill-Qaddisin kollha waqt li jħabirku biex jimxu fuq l-eżempju tagħhom.

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Novembru, Jum it-Tifkira tal-Mejtin Kollha, l-Arċisqof Scicluna se jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid. Il-Quddiesa tibda fl-10am. Dakinhar l-Insara huma mistiedna jitolbu għall-erwieħ kollha biex jitnaddfu mid-dnub.

Il-Kurja qed tħeġġeġ lill-insara kollha biex jattendu.