Il-Knisja ta’ Marija Bambina tan-Naxxar elevata għall-istat ta’ Kolleġġjata

Facebook - Parroċċa Marija Bambina Naxxar

Il-Knisja ta’ Marija Bambina tan-Naxxar ġiet elevata għall-istat ta’ Kolleġġjata mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Fi stqarrija, kelliem għall-Kolleġġjata l-ġdida qal li dan sar b’konsiderazzjoni li l-parroċċa ħaddnet l-ewwel twemmin Kattoliku f’Malta. Il-motto tan-Naxxar huwa Prior Credidi (l-ewwel li emmen).

Il-kelliem qal li l-parrocca kienet waħda mill-ewwel 10 parroċċi fil-gżejjer Maltin li twaqqfet fl-1436 mill-Isqof Senatore De Mello. Taħtha kienu jaqgħu dawk li llum huma parroċċi huma nfushom bħall-Mosta, il-Għargħur, Mellieħa u San Pawl il-Baħar.

Intqal li d-digriet inqara mill-Arċipriet Dun David Gauci fil-ħruġ tal-istatwa tal-Bambina min-nicca fil-preżenza tan-Naxxarin fejn ġiet iċċelebrata din l-okkazjoni anke b’marċ mill-Banda Peace tan-Naxxar.