Il-knisja restawrata tal-Vitorja fil-Belt Valletta

Hilary Spiteri

Novembru se jġib mistieden ieħor għal dawn l-erba’ programmi li jmiss minn Sensilhena ppreżentati minn Christine Delicata. Hi se tkun qed titkellem ma’ Fr Brendan Mark Gatt, li m’għandux bżonn ta’ introduzzjoni  mat-telespettaturi.

Fr Brendan għandu ħafna esperjenza peres li jiltaqa’ ma ħafna koppji li jkollom diffikultà fiż-żwieġ tagħhom, jiltaqa’ ma’ ħafna familji peress li huwa wkoll iqaddes fil-parroċċa tal-Imsida, kif ukoll jagħti ħafna laqgħat liż-żgħażagħ.  Għalhekk, Christine f’dawn matul dawn l-erba’ programmi ser tolqot kull aspett tal-familja Maltija, ir-realtajiet li qed jgħixu llum, l-isfidi li qed jiltaqgħu magħhom.

Christine Delicata ma’ Fr Brendan Mark Gatt

Hilary Spiteri l-istoriku tal-arti f’dan il-programm ser jitkellem dwar il-knisja sabiħa u restawrata  minn Din l-Art Helwa, il-knisja tal-Vitorja li tinsab il-Belt Valletta. 

Fr Paul Chetcuti sj ikompli jirrakkonta fl-aħħar tal-programm dwar l-esperjenzi tiegħu meta ħadem mal-qaddisa Madre Tereża ta’ Kalkutta.   

Fr Paul Chetcuti

Sensilhena għandu produzzjoni eżekuttiva ta’ CPI media b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.

Sensilhena jixxandar fuq TVM2 illum l-Erbgħa 4 ta’ Novembru fis-7pm b’repetizzjoni l-Ħamis fis-2pm u l-Ħadd fil-11.15am.