Il-knisja Ortodossa Ukrena tinfired minn dik Russa

Reuters

L-Ukrajna għażlet il-kap tal-knisja nazzjonali Ortodossa ġdida. Dan immarka diviżjoni storika mir-Russja li l-mexxejja qed jaraw bħala vitali għas-sigurtà u l-indipendenza tal-pajjiż. Il-President Petro Poroshenko qal li l-Metropolitan ta’ 39 sena tal-knisja patrijarkata ta’ Kiev intgħażel bħala l-kap tal-knisja mill-kunsill. Huma qabblu din il-bidla mar-referendum tal-Ukrajna għall-indipendenza mill-Unjoni Sovjetika fl-1991.

Poroshenko indirizza lill-eluf li attendew għal din l-okkażżjoni u qal li din il-ġurnata se tidħol fl-istorja tal-pajjiż bħala jum sagru, il-jum tal-indipendenza b’mod finali mir-Russja.

Il-knisja Ortodossa tal-Ukraina ilha teżisti f’Moska għal mijiet ta’ snin u l-mexxejja tal-Ukraina jaraw li l-indipendenza tal-knisja hija vitali biex tindirizza l-intromisjoni tar-Russja.