Il-Knisja medjatur fil-kriżi tan-Nikaragwa

Nicaragua

Read in English.

It-tixrid tad-demm fin-Nikaragwa kompla l-ġimgħa li għaddiet bil-qtil ta’ erba’ persuni, fosthom żagħżugħ. Is-sitwazzjoni tant hi gravi li l-President Daniel Ortega talab lill-Kardinal Josè Brenes Solorzano biex jidħol medjatur bejnu u dawk li qed jipprotestaw fit-toroq.

Il-Konferenza Episkopali tan-Nikaragawa li hi mmexxija mill-imsemmi Kardinal diġà kienet ippruvat twassal għal kompromess bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni f’dan il-pajjiż fejn 58% tal-popolazzjoni huma Kattoliċi u 23% membri tal-Knisja Evanġelika.

Wara li rnexxielu jinnegozja l-ħelsien tad-dimostranti arrestati, il-Kardinal Solorzano aċċetta li jidħol bħala medjatur “jekk il-Gvern ma jirrikorrix għall-vjolenza.” Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa stess hu sejjaħ laqgħa ta’ konsultazzjoni maż-żewġ naħat biex ifittxu l-paċi.