Il-Knisja llum tiċċelebra l-festa tat-tlugħ fis-Sema ta’ Sidtna Marija

Il-Knisja f’Malta llum flimkien mal-kumplament tad-dinja Kattolika tiċċelebra l-festa tat-tlugħ fis-Sema ta’ Sidtna Marija, l-Għid ta’ l-Assunta.  Seba’ parroċċi f’Malta u waħda f’Għawdex, illum qed jiċċelebraw din il-festa bħala l-festa titlulari tagħhom.

F’Malta l-festa qed tkun iċċelebrata f’H’Attard, il-Gudja, il-Mosta, l-Imqabba, il-Qrendi u Ħal Għaxaq, filwaqt li f’Għawdex qed tkun iċċelebrata fil-Knisja Matriċi u Kolleġġjata tal-Katidral, Victoria Għawdex.

Fil-Parroċċa ta’ Santa Marija, fil-knisja l-qadima ta’ Birkirkara, li kienet saret parroċċa fl-2005, qed tiġi ukoll iċċelebrata l-festa ta’ Santa Marija iżda ssir il-festa ta’ ġewwa biss.

Dalgħodu, fil-festa ta’ Marija Assunta, l-Arċisqof Pawlu Cremona se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral tal-Imdina, filwaqt li l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Katidral Victoria Għawdex.

Id-data tal-lum hija marbuta wkoll ma tifkiriet storiċi ta’ żmien it-tieni Gwerra Dinjija.  Kien proprju fil-15 ta’ Awwissu 1942, meta ħamsa minn konvoj ta’ erbatax-il bastiment li kienu ntbagħtu mir-Renju Unit b’ikel u proviżjoni, waslu Malta u li baqa’ jitfakkar bħala l-Konvoj ta’ Santa Marija.