Il-Knisja llum tfakkar Jum id-Duluri

Il-Knisja llum qed tiċċelebra l-festa tad-Duluri, jum importanti għall-Insara bi tħejjijja għall-Ġimgħa Imqaddsa.

F’dan il-jum, li hu xorta waħda jum tax-xogħol, hu jum ta’ sagrifiċċju, il-Knisja tkun qrib l-esperjenzi u t-tbatija li għaddiet minnhom il-Madonna bħala omm, fl-aħħar sigħat ta’ ħajja ta’ binha Ġesù.

Minkejja li m’hemmx obbligu, in-nisrani hu mistenni li isum, jiċċaħħad mill-vizzji u jonqos milli jiekol il-laħam.

Ħafna nies jagħmlu minn kollox biex jisimgħu quddiesa u jattendu l-purċissjoni bil-vara tal-Madonna li ssir f’bosta parroċċi madwar Malta u Għawdex.

Bħal-lum, bosta ħwienet jagħżlu li ma jiftħux filgħaxija u dan juri anke l-importanza u s-serjetà li dan il-jum għandu għall-Maltin.