Il-Knisja Kattolika ttrasformat l-Uganda

Read in English.

Politiċi Ugandiżi faħħru lill-qassisin Kattoliċi  fil-pajjiż għall-ħidma tagħhom fil-qasam tal-edukazzjoni, l-iżvilupp u l–ġustizzja soċjali, li ttrasformaw lill-pajjiż b’mod pożittiv.

Waqt li kienet qed titkellem f’attività pubblika f’Kampala, Betty Muzamira, membru parlamentari Ugandiża qalet li “barra mill-ħidma evanġelika tagħhom, il-qassisin imexxu wkoll proġetti sostenibbli fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-iżvilupp u l-għajnuna li joffru, li biddlu l-ħajja ta’ ħafna Ugandiżi.”

Kappillan li kien preżenti fl-istess okkażjoni ħeġġeġ lin-nies biex ma jħalltux ir-reliġjon mal-politika jew jipproċessaw mexxejja reliġjużi minħabba l-fehmiet tagħhom. “Bħala mexxejja reliġjużi aħna rridu nkunu u nidhru bħala vuċi għal min m’għandux.”