Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-akbar festa tagħha: l-Għid il-Kbir

Illum il-Knisja Kattolika qed tiċċelebra l-akbar festa tagħha, l-Għid il-Kbir, il-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.

Is-Sibt filgħaxija fil-Knejjes saret iċ-ċerimonja liturġika li tfakkar il-Qawmien ta’ Kristu mill-imwiet. L-Arċisqof Pawlu Cremona fil-KonKatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta mexxa ċ-ċelebrazzjoni tat-tberik tan-nar, tal-ilma tal-magħmudija, inxtegħel ukoll il-blandun waqt li saret it-tħabbira tal-Għid il-Kbir.

Intant, matul il-jum tal-lum, fl-okkażjoni ta’ din l-akbar festa tal-Knisja Kattolika, f’diversi bliet u rħula f’Malta u f’Għawdex isiru l-purċissjonijiet bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt b’ħafna minnhom ikollhom il-ġirja tradizzjonali bl-istatwa.