Il-Knisja Kattolika fiċ-ċentru tal-moda għall-Met Gala 2018

It-tema tal-Met Gala għal din is-sena żewġet flimkien il-moda u l-“immaġinazzjoni Kattolika”, bil-għan li toħloq konverżazzjoni bejn id-dinja tal-moda u x-xogħol majestuż tal-arti sagra. 
Din is-serata ssir kull sena bħala ċelebrazzjoni għall-ftuħ uffiċjali tal-esebizzjoni tal-Istitut tal-Kostumi f'5th Avenue fi New York, li din is-sena tiftaħ il-Ħamis 10 ta’ Mejju u li fiha se jiġu esebiti ilbies reliġjuż li saħansitra qatt ma ħarġu mill-Vatikan. 
Fost il-ħafna lbiesi li rajna fil-Met Gala 2018, segwejna l-ilbies bombastiku ta’ Rihanna, Sarah Jessica Parker u Katie Perry fejn dehru li qed iġorru toqol mhux ħażin bil-kostum tagħhom. 

Ara r-ritratti hawn taħt u għidilna x’taħseb. 

Ritratti: Vogue.com