Il-Knisja Kattolika fl-Istati Uniti din il-ġimgħa bejn il-5 u l-11 ta’ Jannar qed tiċċelebra il-Ġimgħa Nazzjonali tal-Emigrazzjoni
Madwar idi-dinja hawn aktar minn 70 miljun persuna, fosthom tfal, li kellhom jitilqu minn djarhom, kontra l-volontá tag]hom, minħabba instabilità politika, vjolenza jew tbatija ekonomika.
Il-Papa Franġisku appella lin-nies biex jitilqu minn kultura ta’ “indifferenza” u jimxu għal kultura ta’ “solidarjetà” li tgħinhom jilqgħu lill-foqra u lill-emarġinati u lil dawk li qed ifittxu ħajja aħjar.
Għal kważi 50 sena, il-Knisja fl-Istati Uniti ilha tosserva il-Ġimgħa Nazzjonali tal-Emigrazzjoni li matulha tkun enfasizzata s-sitwazzjoni tal-emigranti u r-refuġjati u jsir talb biex ikunu akkumpanjati.
Dinja għal kulħadd
It-tema magħżula għal din is-sena hi “Naħdmu għal Knisja u Dinja għal Kulħadd”. Din it-tema turi lill-Knisja bħala post li jilqa’ lil ulied Alla, kollha kemm huma.
“Bħala prinċipju li fuqu hu msejjes pajjiżna, aħna dejjem ilqajna lill-emigranti u r-refuġjati u bis-sistema ta’ servizzi soċjali u l-ħidma tal-Knisja, akkumpanjajna lil dawn ħutna biex jintegraw fil-ħajja Amerikana ta’ kuljum”.
Dan qalu l-Isoqf Mario Dorsonville, Isqof Awżiljarju ta’ Washington u Chairman tal-Kumiitat għall-Emigrazzjoni tal- Konferenza tal-Isqfijiet Kattoliċi Amerikani.
“Il-Ġimgħa Nazzjonali tal-Emigrazzjoni hi opportunità għall-Knisja biex bit-talb tgħaqqad u tgħix il-viżjoni tal-Papa Franġisku għall-emigranti u r-refuġjati fil-komunitajiet tagħna u tipprovdi opportunitajiet li jgħinu lil dawn il-persuni u lill-persuni kollha ta’ rieda tajba biex ikomplu jimxu ‘l quddiem.