Il-Knisja fil-Filippini tniedi s-Sena taż-Żgħażagħ

Il-poster għas-Sena taż-Żgħażagħ fil-Filippini

Fis-solennità ta’ Kristu Re, il-Knisja Kattolika fil-Filippini, inawgurat is-Sena taż-Żgħażagħ u ħabbret il-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ għall-2019. Il-Konferenza Episkopali qalet li s-Sena taż-Żgħażagħ tintemm fl-24 ta’ Novembru tas-sena d-dieħla bħala parti mill-“Vjaġġ ta’ 9 Snin għall-Evanġeliżazzjoni” bi preparazzjoni għall-500 anniversarju minn meta fl-1521 il-Kristjaneżmu wasal fil-pajjiż.

L-Arċisqof Josè Palma ta’ Cebu qal li “Miċ-ċelebrazzjoni tas-Sena taż-Żgħażagħ u ta’ Jum iż-Żgħażagħ nixtiequ nġibu aktar nies jimxu wara Ġesù”. Is-sena 2019 hi “dedikata għaż-żgħażagħ li huma l-futur u anke l-preżent tal-Knisja. Bil-parteċipazzjoni attivà tagħhom fis-soċjetà u fil-ħajja tal-Knisja, jispirawna lFilippinikoll għall-Evanġeliżazzjoni u għat-trasformazzjoni soċjali”.

Fil-proċess ta’ preparazzjoni għaċ-ċelebrazzjonijiet ġubilari tal-2021, l-ewwel snin kienu dedikati għall-“Formazzjoni Integrali tal-fidi” (2013), għal-Lajċi (2014), għall-Fqar (2015) għall-Ewkaristija u l-Familja (2016) u għall-Parroċċa bħala Għaqda fil-Komunità (2017).  Is-sena 2018 kienet dedikata għall-Kleru u Persuni Konsagrati filwaqt li wara s-Sena taż-Żgħżagħ (2019), l-aħħar sentejn se jkunu dedikati għall-Ekumeniżmu u d-Djalogu Inter-Reliġjuż (2020) u għall-“Missjoni man-Nies” (2021).

L-Arċisqof Palma qal: “Qed nistennew bi gratitudni u ferħ li jasal is-16 ta’ Marzu 2021 li jkkun il-ħames ċentinarju tal-wasla tal-Kristjaneżmu fil-Filippini. Niftakru bil-erħ l-ewwel quddiesa ċelebrata fuq il-gżira ta’ Limasawa f’Ħadd il-Għid.

“Niftakru fil-magħmudija ta’ Rajah Humabon li ngħata l-isem ta’ Carlos u martu Harah Amihan li ngħatat l-isem ta’ Juana fl-1521.

“Għajnejna jintrefgħu lejn Santo Nino ta’ Cebu, l-eqdem ikona reliġjuża li għandna fil-Filippini, li kien rigal ta’ Ferdinando Magellano lill-ewwel Kattoliċi Filippini.  Is-sena 2021 se tkun sena ta’ Ġublew kbir għall-Knisja fil-Filippini”, temm jgħix l-Isqof ta’ Cebu.