Il-Knisja fil-Brazil tgħin fil-kriżi tal-emigranti mill-Venezuela

Venezuelan migrants arriving in Brazil

Waħda mill-isfidi li qed tiffaċċja l-Knisja Kattolika fil-Brazil f’dawn l-aħħar xhur hi s-solidarjetà biex tilqa’ l-emigranti li qed jaslu fil-pajjiż mill-Venezuela.  Ħafna Venezuelani qed jaslu fil-Brażil minn fuq il-fruntiera ta’ Pacaraima fl-istat ta’ Roraima.  Għalkemm il-fruntiera hi magħluqa l-emigranti qed ikomplu jaslu kuljum. Fil-fatt id-djoċesi ta’ Roraima hi ċ-ċentru ewlieni li qed jilqa’ lil dawn l-emigranti.

F’dawn ll-aħħar xhur tnieda il-proġett “Paths of Solidarity” fejn il-ħidma  tal-Caritas flimkien ma’ organiżazzjonijiet oħra tal-Knisja lokali hija fundamentali. F’postijiet oħra fil-Brażil, diversi parroċċi, skejjel, kongregazzjonijiet ta’ reliġjużi u oħrajn qed jilqgħu lil dawn l-emigranti u jgħinuhom fil-ħajja tagħhom.

Solidarjetà mal-emigranti

Il-parroċċa ta’ Santa Marta u Santa Paula li tinsab fil-belt ta’ Leme fl-istat ta’ Sao Paolo qed tagħmel esperjenza pożittiva ta’ solidarjetà.

Fi stqarrija ta’ Caritas Roraima rappurtata mill-aġenzija Fides tidher l-attitudni pożittiva lejn l-emigranti tal-Kappillan Fr. Isaiah Daniel li bl-eżempju tiegħu qed juri kif il-parroċċa tista’ turi solidarjetà mal-emigranti mill-Venezuela.

Din l-attitudni tista’ sservi bħala eżempju ta’ djalogu mal-awtoritajiet pubbliċi u organiżazzjonijiet lokali oħra biex tingħata għajnuna lill-familji Venezuelani li huma milqugħa fil-parroċċa.  Il-Caritas ta’ Roraima enfasizzat li din l-esperjenza turi li l-esperjenza tal-parroċċa turi kif dawn jistgħu jibdlu l-ħajja ta’ dawn l-emigranti b’mod konkret.

Il-Caitas qed tistenna li l-eżempju tal-parroċċa ta’ Santa Marta u Santa Paula jkun ikkupjat minn parroċċi oħra fil-Brażil li jibdew inizjattivi simili li s’issa għad mhumiex komuni fid-djoċesijiet Braziljani.

F’dan is-sens, Mons. Mario Antonio da Silva, Isqof ta’ Roraima, f’ittra li bagħat lill-Isqfijiet oħra fil-Brażil enfasizza kif l-impenn li ll-Isqfijiet infushom ħadu fl-Assemblea Ġenerali tas-sena li għaddiet għandu jitpoġġa fil-prattika biex tintwera solidarjetà mal-ħafna familji mill-Venezuela li qed jaslu fil-Brażil.