Il-knejjes idoqqu mota lejlet Jum il-Ħelsien u l-Indipendenza

Fit-30 ta’ Marzu, lejlet il-festa nazzjonali ta’ Jum il-Ħelsien, u fl-20 ta’ Settembru, lejlet il-festa nazzjonali tal-Indipendenza, il-Knejjes f’Malta u Għawdex se jdoqqu mota.
Il-mota ser tindaqq wara l-aħħar Quddiesa ta’ filgħaxija.
Din l-inizjattiva qed issir fuq talba tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali.