Il-knejjes fl-Italja jiftħu għall-quddies fit-18 ta’ Mejju

REUTERS/File Photo

Read in English.

Fl-Italja, il-quddies, it-tiġijiet, il-funerali u l-magħmudijiet se jerġgħu jibdew isiru mit-18 ta’ Mejju ‘l quddiem.  Dan se jkun jista’ jsir bil-kundizzjoni li min jattendi jonora l-miżuri ta’ social distancing u dawk ta’ sanità.

Se jkun hemm protokoll li għandu jiġi segwit bil-għan li jitnaqqas ir-riskju li l-coronavirus jittieħed.

F’ dawn l-aħħar xahrejn, il-quddies kollu fl-Italja xxandar onlajn. Il-Gvern Taljan ħabbar lockdown fil-bidu ta’ Marzu, minħabba l-imxija tal-Covid-19, virus li s’issa fl-Italja biss qatel kważi 30,000 persuna.

Il-Knisja fl-Italja tenniet l-impenn tal-Knisja li tara li r-regolamenti jiġu osservati. Fost l-oħrajn:

  • il-kongregazzjoni għandha tilbes maskri u toqgħod metru ‘l bogħod minn xulxin
  • Il-kmamar u l-oġġetti kollha li jintużaw jiġu diżinfettati wara kull ċerimonja
  • Mhux se jingħata s-sinjal ta’ paċi lil xulxin.
  • Għat-tqarbin, is-saċerdot irid jaħsel idejh u għandu juża l-ingwanti u maskra

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte qal li dawn huma l-aħjar modi li għandhom jiġu attwati l-miżuri, bil-għan li l-virus ma jkomplix jittieħed.

F’Malta, twaqqfu l-funzjonijiet reliġjużi kollha mit-12 ta’ Marzu. S’issa l-knejjes mhux qed jiftħu għall-quddies u lanqas qed issir quddiesa fil-funerali. Il-miżuri fil-knejjes ma kinux fost dawk rilaxxati mill-Gvern fl-1 ta’ Mejju li għadda.

Il-ftuħ mill-ġdid tal-knejjes minħabba l-imxija tal-coronavirus qanqal dibattitu f’diversi pajjiżi madwar id-dinja.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn