Il-Knejjes fil-Ġermanja se jonqsulhom il-membri fi żmien 40 sena

Il-Knisja ta' Santa Katerina fi Frankfurt (Credit: Michael Probst/AP.)

Iż-żewġ Knejjes ewelenin fil-Ġermanja hu mbassar li se jitilfu miljuni t’membri fl-40 sena li ġejjin sal-2060 u allura jkollhom inaqqsu anke l-infieq tagħhom.

Studju li sar mill-Università ta’ Freiburg u  pubblikat aktar kmieni din il-ġimgħa qed jipprevedi li l-membri fil-Knisja Kattolika u dik Protestanta se jonqos mill-45 miljun persuna li huma llum għal 34.8 miljuni sal-2035 u jkompli jonqos għal 22.7 miljuni sal-2060.

Aktar imwiet milli twelid

L-istudju li kien kummissjonat mill-Konferena episkopali Ġermaniża u l-Knisja Evanġelika, jattribwixxi dan it-tnaqqis għal numru ta’ fatturi, fosthom rata akbar ta’ mwiet mit-twelid u adulti li jiddeċiedu li jitilqu mill-Knisja.

Il-membri fil-Knisja Kattolika u dik Protestanta fil-Ġermanja, jħallsu sa 9% ta-dħul taxxabbli tagħhom lill-Knisja u dan ifisser dħul ta’ biljuni ta’ euross fis-sena liż-żewġ Knejjes.

Inflazzjoni

F’daw, l-aħħar snin, minħabba t-tkabbir ekonomiku u l-qgħad baxx, id-dħul ta’ dawn iż-żewġ Knejjes flimkien kien ilaħħaq għal madwar $13.5 biljuni fis-sena. Iżda l-istudju  riċenti qed ibassar li l-inflazzjoni se żżid in-nefqa tal-Knisja f’salarji u manutenzjoni tal-knejjes għal kważi $28 biljun sas-sena 2060 u b’hekk il-Knejjes jispiċċaw b’deficit qawwi.

“Dan it-tibdil se jseħħ u tajjeb li wieħed jibda jaħseb minn issa f’dawn id-diffikultajiet meta s-sitwazzjoni finanzjarja għadha tajba”, qal l-Isqof Heinrich Bedford-Strohmli jmexxi l-Knisja Evanġelika.

“M’hemmx bżonn nipparnikjaw f’dawn iċ-ċirkostanzi imma rridu nippjanaw ix-xogħol tagħna għal dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin fuqna”, qal il-Kardinal Reinhard Marx, Charirman tal-Konferenza Episkopali Ġermaniża li sostna li hu jħares lejn dan l-istudju bħala “sejħa

Biż-żjieda fin-numru ta’ emigranti li waslu fil-Ġermanja, il-popolazzjoni tal-pajjiż kibret għal 82 miljun persuna.  Iż-żjieda hi l-aktar ta’ persuni Musulmani jew oħrajn li ma rreġistrawx bħala membri tal-Knisja. Madankollu l-Knisja Kattolika żiedet xi membri ta’ emiġranti mill-Ewropa tal-Lvant.