“Il-klima ekonomika f’Malta perfetta għall-investiment barrani” – Muscat

Il-Prim Minstru Joseph Muscat qal li l-fatt li s-sistema Maltija tagħmilha eħfef biex tiftaħ negozju, ifisser li hawn klima ekonomika perfetta għal investiment, speċjalment barrani.
Dan qalu waqt id-diskors li għamel fil-ftuħ tas-summit mifrux fuq jumejn, Follow the Entrepreneur, li kien organizzat mill-kumpanija Ariadne Capital.
Muscat saħaq li qabel dejjem kienet sfida sabiex il-kumpaniji barranin ikunu jafu b’Malta, u l-Gvern immexxi minnu għafas fuqha sabiex jimminimizzaha kemm jista’ jkun.
Huwa kompla billi semma bosta vantaġġi oħra relatati mal-ftuħ ta’ negozju f’Malta.
Il-kumpanija Ariadne toffri konsulenza lill-imprendituri dwar l-investiment, u dis-sena għażlet li torganizza das-summit li ilha għal dawn l-aħħar sitt snin torganizza fir-Renju Unit.
Id-Direttur ta’ Ariadne Capital, Julie Meyer, kompliet mad-diskors tal-PM, meta qalet li f’Malta jaraw potenzjal għall-kumpaniji klijenti tagħhom.
Mal-400 investitur qed jattendu għal das-summit.
Ritratt: Ian Noel Pace