​Il-klieb gwida jgħollu l-kappell

Guide Dog meeting

Saret ċerimonja għaċ-ċertifikazzjoni tal-gradwazzjoni għat-taħriġ mogħti lill-persuni neqsin mid-dawl u lill-klieb ġwida.
Iċ-ċerimonja kienet organizzata mill-Fondazzjoni Maltija għall-Klieb Gwida. Is-Segretarju Parlamentri għal Persuni b’Diżabilità Anthony Agius Decelis kien preżenti.
It-taħriġ inqasam f’żewġ partijiet. L-ewwel ingħata taħriġ għall-persuni li huma neqsin mid-dawl sabiex ikunu preparati għal numru ta’ ċirkustanzi li jistgħu jinqalgħu. It-tieni parti tikkonsisti f’taħriġ li jingħata lill-klieb.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri