Il-Kleru fil-Lvant Nofsani m’għandux jgħix fil-lussu

Clergy in the Middle East
Saċerdoti fil-Knisja tas-Santu Sepurklu, f'Ġerusalemm

Read in English.

Il-Knisja Kattolika trid tagħraf id-dnubiet li għamlet fil-Lvant Nofsani. Għalkemm il-gwerer ġabu ħafna tbatija lill-Insara fil-Lvant Nofsani, hemm ukoll id-dnub tal-Knisja: id-dnub tal-inkoerenza bejn il-ħajja u l-fidi.

Hemm xi qassisin, isqfijiet u kongregazzjonijiet reliġjużi li filwaqt li jipprofessaw il-faqar, jgħixu ħajja ta’ sinjuri. Nixtieq li dawn ir-reliġjużi, irġiel u nisa, kif ukoll lil xi isqfijiet u kongregazzjonijiet reliġjużi, jinżgħu minn din il-frugħa, qal il-Papa Franġisku.

Il-Lvant Nofsani jinsab f’salib it-toroq u qed jiffaċċja sitwazzjoni diffiċli u għandu r-riskju li jispiċċa mingħajr Kristjani.