​Il-klabbs ta’ Manchester interessati f’Umtiti

Barcelona qed jikkonsidraw offerti mill-klabb ta’ Manchester għad-difensur Franċiż tagħhom Samuel Umtiti.
Dan żvelah is-sit Don Balon illi wara l-akkwist ta’ Liverpool Virgil Van Dijk sewa £75 miljun, kemm Manchester United kif ukoll Manchester City qed jippruvaw jagħmlu l-istess ħaġa sabiex iġibu difensur ta’ kwalità.
Umtiti għandu klawsola ta’ release illi tiswa €60 miljun bl-istess sit Spanjol jgħid illi ftit qed taqta’ qalb dawn iż-żewġ klabbs Ingliżi.
Samuel Yves Umtiti huwa plejer mill-Kamerun illi apparti ma’ Barcelona kellu wkoll esperjenza mal-klabb Franċiż ta’ Lyon.