Il-klabbs ta’ La Salle u Swieqi Phoenix fil-quċċata tal-Leagues Maltin tal-Handball

Swieqi YoBetIt Phoenix u La Salle Multilotto jinsabu fl-ewwel post tal-league nazzjonali tal-irġiel wara li s-Sibt li għadda spiċċaw f'parità kontra xulxin bl-iskor ta' 22-22. Iż-żewġ timijiet jinsabu b'10 punti distakk wara tliet rebħiet u dan id-draw.
Fl-ewwel diviżjoni femminili Aloysians, Swieqi Gasan Mamo Phoenix  u La Salle jinsabu fil-quċċata tal-klassifika b'9 punti kull wieħed wara l-ewwel rawnd ta' logħob. 
Fi stqarrija, il-klabb qal li l-waqfa tal-Milied jidher li għamlet tajjeb lil ħafna timijiet, "għax rajna handball sabiħ ħafna mit-timijiet kollha f'dawn l-aħħar ġimagħtejn".
Id-Direttur tal-Marketing tal-Malta Handball Association Orlando Bonnici qal li l-Assoċjazzjoni qed tkompli tinvesti lokalment b'korsijiet ta' coaching u refereeing li se jsiru dalwaqt, kif ukoll bi programmi biex twassal u tippromwovi l-logħba tal-handball fl-iskejjel Maltin.
Swieqi YoBetIt Phoenix huwa t-tim l-aktar li skurja gowls fil-kampjonat maskili b'111-il gowl, segwit minn Aloysians ProMinent, b'102 gowls.
Fil-kampjonat tan-nisa, Aloysians skurjaw 104 gowl f'4 logħbiet, segwiti minn Swieqi Gasan Mamo Phoenix b'99 gowl.
Iż-żewġ kampjonati bdew f'Novembru u jibqgħu għaddejjin sa Mejju.
Is-Sibt li ġej mistennija logħba missielta mill-kategorija tal-ewwel diviżjoni tan-nisa, fejn Aloysians u La Salle se jilagħbu kontra xulxin fl-ewwel logħba tat-2 rawnd. Is-Sibt u l-Ħadd se jkollna wkoll logħbiet importanti mill-league tat-Tieni Diviżjoni Maskili.
Klassifika u Riżultati tal-ewwel rawnd tal-kampjonat tal-irġiel
Swieqi Yobetit Phoenix u La Salle Multilotto l-ewwel b'10 punti, Aloysians ProMinent 6 punti, Kavallieri RS2 3 punti u Luxol H.C. 0 punti.
Kavallieri RS2 vs Luxol H.C. 23-16; Aloysians ProMinent vs Swieqi YoBetIt Phoenix 21-28; La Salle MultiLotto vs  Aloysians ProMinent 20-19; Swieqi YoBetIt Phoenix vs Kavallieri RS2 29-16; Swieqi YoBetIt Phoenix   vs  Luxol H.C. 32-15; La Salle MultiLotto vs  Kavallieri RS2 22-19; Kavallieri RS2  vs  Aloysians ProMinent 21-29; Luxol H.C. vs  La Salle MultiLotto 19-30; La Salle MultiLotto vs Swieqi YoBetIt Phoenix 22-22; Aloysians ProMinent vs Luxol H.C. 33-18.
Klassifika u Riżultati tal-ewwel rawnd tal-kampjonat tan-nisa
Aloysians, Swieqi GasanMamo Phoenix u La Salle l-ewwel b'9 punti kull wieħed, Kavallieri RS2 6 punti u Birkirkara 0 punti.
 irkirkara Handball  vs  Kavallieri RS2 10-13; Aloysians vs La Salle 15-16; Swieqi Gasan Mamo Phoenix  vs  Aloysians 15-24; La Salle vs Birkirkara Handball 24-14; Kavallieri RS2 vs Swieqi Phoenix22-32; La Salle vs Kavallieri RS2 24-18; Swieqi Gasan Mamo Phoenix vs  Birkirkara Handball 30-18; Aloysians vs Kavallieri RS2 31-12; Birkirkara Handball vs Aloysians  20-34; Swieqi Gasan Mamo Phoenix vs La Salle 22-20; Kavallieri RS2 vs Birkirkara Handbal 12-11. 

Ritratt ta' Benjamin Spiteri: Azzjoni tal-logħba bejn Swieqi YoBetit Phoenix u La Salle Multilotto