Il-klabbs sportivi jegħlbu lill-każini politiċi

Hemm 404 każini rreġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Dan qalu l-Ministru għall-Intern Michael Farrugia bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.

Il-Ministru qal li b’kollox hemm 145 klabb ta’ sports, 109 każini politiċi, 89 każini tal-banda, 45 klabb soċjali jew filantropiku u 16-il każin tal-ħamiem.