Il-klabb ta’ Newcastle United se jinbiegħ għal €396 miljun

Skont il-gazzetta The Sun, Mike Ashley daħal fi ftehim ta’ €396 miljun biex ibiegħh il-klabb ta’ Newcastle United lil Sheikh Khaled bin Zayed Al Nehayan, biljunarju bbażat f’Dubai. Sheikh Khaled huwa membru tal-familja rjali ta’ Abu Dhabi, u huwa wkoll il-kuġin tas-sid ta’ Manchester City, Sheikh Mansour.

Taħt Ashley, il-klabb esperjenza żewġ relegazzjonijiet u jidher li l-affarijiet ma kinux se jmorru għall-aħjar fil-futur qarib.

Inċidentalment Mandsour kien ikkunsidra li jixtri lil Newcastle iżda Ashley rrifjuta li jiltaqa’ miegħu. Skont rapporti, il-propjetarju prospettiv ta’ Newcastle kien esprima l-interess tiegħu li jixtri klabb li qiegħed fil-Premier League, iżda l-pjan fallielu s-sena l-oħra meta pprova jixtri lil Liverpool għal ftit aktar minn €2 biljuni.