Il-klabb ta’ Atlanta iddiżassoċja ruħu mill-partitarji tiegħu

Atlanta saħqu li se jkunu qed jiġġieldu kontra l-istupidità tal-ftit wara li kkundannaw l-aġir ta’ xi partitarji waqt il-logħba kontra Fiorentina. Il-logħba kellha tiġi sospiża minħabba messaġġi razzisti li ġew mill-partitarji ta’ Atalanta.

Atalanta iġġieldu biex ġabu d-draw meta kienu tnejn minn taħt kontra Fiorentina. Iżda kollox spiċċa fix-xejn meta Dalbert spiċċa fil-mira ta’ abbużi razzisti. Għal dan l-għaġir ir-referee Daniele Orsato ħa d-deċiżjoni biex iwaqqaf il-logħba għal tliet minuti.

Il-klabb ta’ Atalanta iddiżassoċja ruħu mill-imġieba li xi partitarji wrew waqt il-logħba. Dan qaluh fi stqarrija li ħareġ il-klabb.