Il-Kia tispikka bil-mudell Picanto aktar modern

Il-Kia Motors fl-Ewropa riċentement ippreżentat il-verżjoni aktar moderna tal-Kia Picanto. Dan il-mudell ta' stil u eleganza tal-Kia Picanto fil-linja tagħha ta' produzzjoni fil-kategrija A, hu karatterizzat  b'sensiela ta' titjib kemm fid-dinamika kif ukoll fid-dehra tal-karozza biex tibqa' karozza li tikkompeti bl-aħjar livell fis-suq.
Il-Kia Picanto, bi stil aktar modern, qed tippreżenta disinn ġdid tal-bumper kemm dak ta' quddiem kif ukol ta' wara, u dan biex tagħti dehra aktar distinta, flimkien ma' kwalità ogħla tat-tiger-nose grille. Ix-xerrejja issa jistgħu jagħżlu mudell ġdid ta' alloy wheel ta' 14-il pulzier. L-inklużjoni ta' mudell sportiv jagħmel din il-karozza bħala waħda distinta fid-dehra fil-kategorija tagħha, kemm fuq il-mudell bi tliet bibien kif ukoll fuq dak b'ħamsa.
Fuq ġewwa tal-karozza, il-Picanto tista' tiġi b'mudell EX aktar modern, fejn il-kromju jispikka madwar il-ventijiet tal-arja mad-dashboard u madwar is-sistema ta' strumenti u ta' kontrolli wkoll li jispikkaw mad-dashboard fuq in-naħa tas-sewwieq. L-istil tat-tapezzerija jagħti wkoll dehra żagħżugħa li tant tappella fuq il-mudell Picanto. Fin-nofs tad-dashboard tispikka wkoll faxxa moderna li ddawwar is-sistema tal-awdjo tal-Picanto.
It-titjib li sar fil-Picanto inkluda wkoll serje ta' modifikazzjonijiet fil-magna tal-verżjoni 1.0-litre MPI (Multi-Point Injection), biex jiġi assigurat li l-karozza tilħaq il-livelli tal-emissjonijiet Euro 6.
Il-Picanto hi fost il-mudelli ta' karozzi li l-aktar li nbigħu fl-Ewropa, b'51,102 mibjugħa fl-2014. Il-mudell aktar modern qed jinbiegħ b'garanzija ta' seba' snin li hi unika fuq il-karozzi kollha tal-Kia u li tagħti serħan il-moħħ.
Il-Kia Picanto ġdida tista' tkun tiegħek għall-prezz biss ta' €9,395 u tista' tesperjenza s-sewqan tagħha mill-Cars International, fi Triq l-Imdina, f'Ħal Qormi.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt