Read in English.
Attivisti mill-grupp ta’ kontra l-korruzzjoni, Kenniesa, ġew interrogati mill-Pulizija aktar kmieni dalgħodu.
Il-grupp poġġa figuri tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri fuq it-taraġ ta’ Kastilja lebsin ta’ ħabsin.
Skont Reuters, kif poġġew il-figuri, il-Pulizija dehru jinterrogaw lill-attivisti fi Pjazza Kastilja u ordnawlhom ineħħu dawn il-figuri.
Din l-azzjoni tal-attivisti saret bi protesta fl-okkażjoni ta’ tmien xhur mill-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.